Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri A.D 1893

Palazz Giuseppe Farrugia

59, Triq il-Kbira

Ħal Qormi

bandasangorg@live.com

  • Facebook
  • Instagram
  • YouTube

Dwarna

Merħba fis-sit uffiċjali tal-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri. Din l-Għaqda li ġġib isem il-patrun San Ġorġ Martri magħrufa bħala tal-Werqa, ġiet imwaqqfa propju f’Ottubru tal-1893 fil-Casino San Giorgio Ħal Qormi. Sa mit-twaqqif tagħha, il-Banda San Ġorġ Martri kienet tagħti ġieħ lil patrun tagħha San Ġorġ fil-festa titulari. Kienet ukoll din il-Banda li bdiet it-tradizzjoni tad-daqq tal-valzi fil-purċissjoni tal-Għid il-Kbir, filwaqt li introduċiet l-ewwel bandisti tfajliet.

L-Għan prinċipali ta’ din il-Banda huwa li tagħti ġieħ ‘il San Ġorġ Martri fil-festa tiegħu li tiġi ċċelebrata fl-aħħar Ħadd ta’ Ġunju ġewwa Ħal Qormi, kif ukoll li tkattar il-kultura mużikali fi ħdan is-soċjetà u tippromwovi it-talent Qormi.

Dan il-frott nistgħu ingawduh grazzi għal ħiliet missirjietna kif ukoll għall membri ħabbrieka u benefatturi li jżommu ħajja ‘il din l-Għaqda.

 

Banda Tar-Repubblika

Mawriet barra minn Malta: Reggio Calabria (1895), Sirakuża (1897), Toronto (1993), Birmingham, Reggio Calabria (2010)

Ritratt: Mill-Arkivju tal-Għaqda

Ritratt: Antoine Georgius Galdes