Il-Festa ta' San Ġorġ Martri

Il-Jum Solenni tal-Patrun tagħna San Ġorġ Martri huwa ċċelebrat fit-23 t'April, jum għażiż għalina l-Ġorġjani. Il-Banda San Ġorġ tfakkar dan il-Jum Liturġiku permezz ta' marċ mat-toroq tal-Parroċċa. Dan imur lura għas-snin 1967, meta l-Banda għamlet marċ filgħodu. Tul is-snin baqa jiġi ċċelebrat, tant li fit-23 t'April ix-xbieha ta' San Ġorġ Martri propjeta' tal-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri tixref mat-toroq tagħna akkumpanjata mill-Banda.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Il-Festa Titulari ta’ San Ġorġ Martri li tiġi ċċelebrata fl-aħħar Ħadd ta’ Ġunju hija waħda li tattira diversi ammiraturi tal-festa minn kull rokkna ta’ pajjiżna. Is-sehem tal-Banda San Ġorġ Martri tmur lura għat-twaqqif tagħha hekk kif sa mil-ewwel sena tagħha ħadet sehem fil-festa titulari. Matul is-snin, din il-banda kompliet tagħti s-sehem tagħha bis-sħiħ fil-festa kemm mill-lat Bandistiku kif ukoll permezz ta’ diversi attivitajiet u programmi mħejjija. Għalkemm il-festa tilħaq il-qofol tagħha f’Ġunju, il-preparamenti jibdew minn diversi xhur qabel. Il-Kumitat Amministattiv b’koordinazzjoni mal-fergħat l-oħra fi ħdan din l-Għaqda jaħdmu id f’id matul is-sena sabiex ikunu jistgħu iwasslu il-programmi mħejjija fil-ġimgħa tal-festa. Naturalment l-element Bandistiku jispikka matul il-ġimgħa tal-festa u huwa għalhekk li din il-Banda tiddedika l-impenn tagħha b'mod sħiħ għal din il-festa.

  • Facebook

Il-Festa fl-imgħoddi

Kuntatt

       Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri A.D 1893

       Palazz Giuseppe Farrugia

       59, Triq il-Kbira

       Ħal Qormi

       bandasangorg@live.com

Segwina

  • Facebook
  • Instagram
  • YouTube

©2020 Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri AD 1893