Kummissjoni Banda

Il-Kummissjoni Banda dejjem taħdem qatiegħ sabiex tkompli trawwem u ssaħħaħ il-qasam bandistiku fis-Soċjetà tagħna, kif dejjem għamlu dawk ta' qabilna li ħadmu u stinkaw biex jgħollu isem din il-Banda. Il-Kummissjoni Banda taħdem id f'id mal-Kumitat Amministrattiv sabiex flimkien ikomplu jrawmu it-tagħlim tal-mużika u jinvestu fl-aljievi tagħna.

Il-Kalendarju tal-Banda tagħna huwa wieħed impenjattiv ferm kemm fis-servizzi ġewwa l-Belt Pinto, kif ukoll b'servizzi barra minn Beltna.  Il-Banda San Ġorġ Martri, sa mit-twaqqif tagħha kienet pijuniera fis-servizz tal-Ġimgħa l-Kbira, u dan għadha tagħmlu sal-llum. Iżda mhux biss, ta' kull sena il-Kummissjoni Banda tħejji Programm impenjattiv marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa fosthom il-Programm ta' Ħadd il-Palm li huwa għal qalb bosta ammiraturi u segwaċi ta' din il-Banda, tieħu sehem fil-Purċissjoni tal-Gimgħa l-Kbira quddiem il-Vara l-Kbira, il-marċ tradizzjonali ta' sibt il-Għid, kif ukoll tagħti s-servizz tagħha ukoll fil-Purċissjoni tal-Għid il-kbir permezz ta' Valzi tal-Għid. 

Din il-Kummissjoni taħdem mingħajr waqfien sabiex tħejji għas-servizzi tal-Banda fil-Parroċċa tagħna b'mod speċjali fil-Festa ta' San Ġorġ Martri, kif ukoll fil-Programmi annwali li huma mifruxa matul is-sena kollha.

Madankollu, tkompli tassigura li t-tagħlim fl-iskola tal-Mużika huwa wieħed li jagħti l-frott u tkompli tinvesti fl-aljievi tagħna li huma il-futur ta' dan il-banda.

Din il-fergħa hi waħda mill-iktar importanti fis-Soċjetà tagħna għaliex hija hi li tikkoordina flimkien mal-Kumitat Amministrattiv il-ħidma tal-Banda fi ħdan l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri.

Membri

President - Charles Micallef

Segretarju - Rosalie Grech

Kaxxier - Alfred Micallef

Surmast Direttur - Mro Archibald Mizzi

Arkivista - Sur Patrick Brancaleone

Delegat tal-Banda (Bandisti tal-Post) - Antoine Cefai

Delegat tal-Banda - Melanie Mifsud

B’hekk din qalbna titfawwar bl-imħabba

Li trabbiet minn ċkunitna għalik

Inroddulek kull ġieħ u foħrija

F’waqt li nqieghdu tamitna ilkoll fik.

 

Cantata Ġawhra Prezzjuża

Kliem: Kav. George Bianchi / Mużika: Mro. Ray Sciberras

Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri A.D 1893

Kuntatt

       Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri A.D 1893

       Palazz Giuseppe Farrugia

       59, Triq il-Kbira

       Ħal Qormi

       bandasangorg@live.com

Segwina

  • Facebook
  • Instagram
  • YouTube

©2020 Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri AD 1893