Kummissjoni Żagħażagħ Werqisti A.D 1993

Il-Kummisjoni Żgħażagħ Werqisti bdiet il-ħidma tagħha nhar is-Sibt 19 ta’ Ġunju 1993.  Ir-raġuni ewlenija għaliex twaqqfet kienet biex flimkien mal-Kumitat Amministrattiv tal-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri, taħdem id f’id għall-festa tal-Patrun ta' Beltna. Tul is-snin, il-membri tal-Kummisjoni ħadmu qatiegħ, b’mod partikolari biex iqajjmu l-briju fil-festa, speċjalment waqt il-marċ li ma kulħadd hu magħruf bħala l-Marċ tal-Ħamis. 

 

Waqt dan il-marċ, il-KŻW tipprova tkun innovattiva u grazzi għall-ħidma tal-membri tagħha, kull sena mill-maħżen toħroġ sorpriża li jkollha x'taqsam ma' San Ġorġ Martri jew inkella mal-Każin.


Fost is-sorpriżi li l-Kummissjoni għamlet, hemm imrewħa, bandalora, xow piromużikali, replika tal-koppla tal-knisja tagħna, l-ikbar pavaljun mekkanizzat f'Malta, liedna twila tant li ksiet Pjazza San Franġisk waqt il-Marċ tal-Ħadd, l-istatwa ad unur San Ġorg li ġiet irregalata lill-kazin u li issa qed tinżamm f’waħda mis-swali fis-sede tagħna, umbrella kbira u li fuqha hemm il-wiċċ ta' kull surmast li kellha l-Banda tagħna, imrewħa 360° bl-istorja tal-każin ta min wieħed jgħid ukoll li din is-sorpriża kienet taħdem b'remote l-ewwel waħda tax-xorta tagħha f'Malta, Projection Mapping fuq replika tan-niċċa tal-Patrun tagħna San Ġorġ fl-okkażjoni tal-275 sena tal-istatwa titulari fostna.

Fis-Sena 2019 il-Kummissjoni Żagħażagħ kisbet id-dissin oriġinali tal-induratura tal-istatwa titulari ta' San Ġorġ Martri meqjuma fil-Kolleġġjata' u irregalatu lil Kumitat sabiex jinżamm fis-Swali tal-Palazz sede' tal-għaqda Mużikali San Ġorġ Martri.

Kuntatt

       Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri A.D 1893

       Palazz Giuseppe Farrugia

       59, Triq il-Kbira

       Ħal Qormi

       bandasangorg@live.com

Segwina

  • Facebook
  • Instagram
  • YouTube

©2020 Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri AD 1893